Working Group Against AntisemitismWorking Group Against Antisemitism
  • Home
  • About us
    • Bureau
    • Secretariat
    • Mission & ByLaws
    • The 10 Commitments
  • Advisory Board
  • News
    • Meetings
    • Statements
    • Parliamentary activities
    • Experts Blog
  • Media
    • Photos
    • Videos and Podcasts
  • IHRA Definition
    • IHRA Brochure
    • Translations
  • Contact

Maltese – Malti

IHRA WORKING DEFINITION OF ANTISEMITISM

Definition in Word or
Definition in PDF

Id-Definizzjoni Operattiva tal-Antisemitiżmu tal-Alleanza Internazzjonali għall-Memorja tal-Olokawst

 

L-Alleanza Internazzjonali għall-Memorja tal-Olokawst (IHRA) tgħaqqad lill-gvernijiet u lill-esperti biex isaħħu, iġibu ‘l quddiem u jippromwovu l-edukazzjoni dwar l-Olokawst, il-memorja tiegħu u r-riċerka dwaru madwar id-dinja, u jsostnu l-impenji tad-Dikjarazzjoni ta’ Stokkolma tal-2000. Id-definizzjoni operazzjonali tal-Antisemitiżmu, li mhijiex vinkolanti fil-liġi, ġiet adottata mill-31 Pajjiż Membru tal-Alleanza Internazzjonali għall-Memorja tal-Olokawst fis-26 ta’ Mejju 2016.

 

“L-antisemitiżmu huwa ċerta perċezzjoni tal-Lhud, li tista’ tiġi espressa bħala mibegħda lejn il-Lhud. Il-manifestazzjonijiet retoriċi u fiżiċi tal-antisemitiżmu huma diretti lejn individwi Lhud jew mhux Lhud u/jew lejn il-proprjetà tagħhom, lejn istituzzjonijiet komunitarji Lhud u lejn faċilitajiet reliġjużi Lhud.”

 

Bħala gwida għall-IHRA fil-ħidma tagħha, l-eżempji li ġejjin jistgħu jservu ta’ illustrazzjonijiet:

 

Manifestazzjonijiet jistgħu jinkludu t-teħid tal-istat ta’ Iżrael, maħsub bħala kollettività Lhudija, bħala bersall. Madankollu, kritika fil-konfront ta’ Iżrael li tkun simili għal dik li ssir fil-konfront ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor ma tistax titqies bħala antisemitika. L-antisemitiżmu spiss jakkuża lil-Lhud b’konfoffa biex jagħmlu ħsara lill-umanità, u ta’ spiss jintuża biex iwaħħal fil-Lhud bħala r-raġuni “għala l-affarijiet imorru ħażin”. Huwa espress bit-taħdit, bil-kitba, b’forom viżivi u bl-azzjoni, u juża sterjotipi u karatteristiċi tal-personalità negattivi.

 

Eżempji kontemporanji ta’ antisemitiżmu fil-ħajja pubblika, fil-midja, fl-iskejjel, fil-post tax-xogħol, u fl-isfera reliġjuża jistgħu jinkludu, fil-qies tal-kuntest ġenerali u mhux esklussivament, dawn li ġejjin:

 

  • Sejħa biex Lhud jinqatlu jew biex issirilhom ħsara, l-għajnuna f’dan il-qtil jew din il-ħsara, jew il-ġustifikazzjoni ta’ dan il-qtil jew din il-ħsara, f’isem ideoloġija radikali jew konċezzjoni estrema tar-reliġjon.

 

  • It-tixrid ta’ allegazzjonijiet qarrieqa, diżumanizzanti, demonizzanti, jew sterjotipiċi dwar il-Lhud bħala tali jew dwar is-setgħa tal-Lhud kollettivament – pereżempju, b’mod speċjali iżda mhux esklussiv, il-mit ta’ konfoffa dinjija tal-Lhud jew ta’ Lhud li jikkontrollaw il-midja, l-ekonomija, il-gvern jew istituzzjonijiet oħra tas-soċjetà.

 

  • Akkużi li l-Lhud bħala poplu huma responsabbli għall-imġiba ħażina, reali jew immaġinarja, ta’ persuna Lhudija waħda jew ta’ grupp wieħed ta’ Lhud, jew anki għal atti mwettqa minn persuni li mhumiex Lhud.

 

  • Iċ-ċaħda tal-fatt, tal-wisa’, tal-mekkaniżmi (eż. l-kmamar tal-gass) jew tal-intenzjonalità tal-ġenoċidju tal-poplu Lhudi mill-Ġermanja Nazzjonal-Soċjalista u s-sostenituri u l-kompliċi tagħha matul it-Tieni Gwerra Dinjija (l-Olokawst).

 

  • Akkużi li l-Lhud bħala poplu, jew Iżrael bħala stat, ivvintaw jew esaġeraw l-Olokawst.

 

  • Akkużi li ċittadini Lhud huma aktar leali lejn Iżrael, jew lejn il-prijoritajiet allegati tal-Lhud madwar id-dinja, milli lejn l-interessi tan-nazzjonijiet tagħhom stess.

 

  • Iċ-ċaħda lill-poplu Lhudi tad-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, eż. billi dak li jkun isostni li l-eżistenza tal-Istat ta’ Iżrael tikkostitwixxi fenomenu razzista.

 

  • L-applikazzjoni ta’ standards doppji billi dak li jkun jesiġi minn Iżrael mġiba li mhi mistennija jew rikjesta mill-ebda nazzjon demokratiku ieħor.

 

  • L-użu tas-simboli u tal-immaġni assoċjati mal-antisemitiżmu klassiku (eż. akkużi li l-Lhud qatlu lil Ġesù jew il-libell ta’ ritwal tad-demm) biex jikkaratterizzaw lil Iżrael jew lill-Iżraeljani.

 

  • It-tqabbil tal-politika ta’ Iżrael tal-lum ma’ dik tan-Nażisti.

 

  • Li dak li jkun iżomm lil-Lhud responsabbli b’mod kollettiv għall-azzjonijiet tal-Istat ta’ Iżrael.

 

Atti antisemitiċi huma kriminali meta jkunu definiti hekk bil-liġi (eż. f’xi pajjiżi, iċ-ċaħda tal-Olokawst jew it-tixrid ta’ materjali antisemitiċi).

 

Atti kriminali huma antisemitiċi meta l-bersalli tal-attakki, kemm jekk ikunu persuni u kemm jekk ikunu proprjetà – bħal binjiet, skejjel, postijiet ta’ qima u ċimiterji – jintgħażlu minħabba li jkunu Lhud jew marbutin mal-Lhud, jew jiġu perċepiti bħala tali.

 

Id-diskriminazzjoni antisemitika hija t-tiċħid lil-Lhud ta’ opportunitajiet jew servizzi li huma disponibbli għal ħaddieħor, u hija illegali f’ħafna pajjiżi.

Languages

  • Bulgarian – български
  • Spanish – Español
  • Czech – Čeština
  • Danish – Dansk
  • German – Deutsch
  • Estonian – Eesti
  • Greek – Ελληνικά
  • English
  • French – Français
  • Irish – Gaelige
  • Croatian – Hrvatski
  • Italian – Italiano
  • Latvian – Latviešu valoda
  • Lithuanian – Lietuvių kalba
  • Hungarian – Magyar
  • Maltese – Malti
  • Dutch – Nederlands
  • Polish – Polski
  • Portuguese – Português
  • Romanian – Română
  • Slovak – Slovenčina
  • Slovenian – Slovenščina
  • Finnish – Suomi
  • Swedish – Svenska
  • Privacy Policy
Contact us: Email: [email protected] | Telephone: +32 (0) 2 540 81 59 - All rights reserved